Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 – Message Management vs UASI – Absacker (ABSACKER of Germany)

(Kawża T-304/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ABSACKER of Germany – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ABSACKER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Message Management GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Konle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Absacker GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1028/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Absacker GmbH u Message Management GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Message Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 273, 08.09.2012.