Language of document : ECLI:EU:T:2013:347





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2013 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑309/12 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ħlas ta’ kontribuzzjonijiet lil assoċjazzjoni rregolata mid-dritt pubbliku – Għajnuna mill-Istat – Obbligu ta’ rkupru – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1)TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-23)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Entità rregolata mid-dritt pubbliku mhux suxxettibbli għal falliment skont id-dritt nazzjonali – Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 36, 37)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Eżistenza quddiem il-qorti nazzjonali ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni – Setgħa tal-qorti tal-Unjoni li tieħu inkunsiderazzjoni tali rimedji fil-kuntest tal-evalwazzjoni dwar il-mertu tat-talba għal miżuri provviżorji – Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 38-40)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tikkomprometti serjament l-eżerċizzju minn entità rregolata mid-dritt pubbliku tal-missjonijiet tagħha ta’ servizz pubbliku – Possibbiltà għal entitajiet oħra rregolati mid-dritt pubbliku li jiggarantixxu l-missjoni ta’ servizz pubbliku – Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 45-47)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Entità rregolata mid-dritt pubbliku li taġixxi fit-twettiq tal-missjonijiet tagħha ta’ servizz pubbliku, mingħajr skop ta’ lukru – Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))(ara l-punt 49)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/485/UE, tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/2010) (ex NN 23/10) mogħti mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rheinland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.