Language of document : ECLI:EU:T:2014:5





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – Message Management vs UASI – Absacker (ABSACKER of Germany)

(Kawża T‑304/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ABSACKER of Germany – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ABSACKER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21-24, 48)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi ABSACKER of Germany u ABSACKER (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27-29, 47, 49, 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1028/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Absacker GmbH u Message Management GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Message Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.