Language of document : ECLI:EU:T:2014:926

Kawżi magħquda T‑307/12 u T‑408/13

Adib Mayaleh

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Funzjonijiet ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja — Rikors għal annullament — Komunikazzjoni ta’ att li għandu miżuri restrittivi — Terminu għall-preżenta ta’ rikors — Ammissibbiltà — Drittijiet tad-difiża — Smigħ xieraq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-ħajja privata u tal-familja — Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul lil ċittadin ta’ Stat Membru — Moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal-5 ta’ Novembru 2014

1.      Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi fil-mori tal-kawża l-att ikkontestat– Element ġdid — Ammissibbiltà ta’ talbiet ġodda

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE); (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2012/739/PESK u 2013/255/PESK)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Atti li jabrogaw jew jissostitwixxi fil-mori tal-kawża l-atti kkontestati –Talba għal adattament tat-talbiet għal annullament magħmul fil-mori tal-kawża — Terminu għall-preżentazzjoni ta’ tali talba — Bidu tad-dekorrenza — Data ta’ komunikazzjoni tal-att ġddi lill-persuni kkonċernati — Obbligu ta’ komunikazzjoni anki fin-nuqqas ta’ motivi ġodda

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE); (Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012, Artikolu 32(1) u (2) u Nru 363/2013)

3.      Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data tal-komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Impossibilità għall-Kunsill li jagħmel notifika

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1); Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012, Artikolu 32(1) u (2) u Nru 363/2013)

4.      Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Notifika — Kunċett — Notifika lir-rappreżentant ta’ rikorrent — Kundizzjoni

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Obbligu ta’ komunika tal-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fl-istess żmien bħall-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew immedjatament wara — Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża — Inammissibbiltà

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, 2012/256/PESK, 2012/739/PESC u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012, Nru 410/2012 u Nru 363/2013)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Obbligu ta’ komunika tal-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fl-istess żmien bħall-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew immedjatament wara — Limiti — Ċertezza tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew jew tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħrufa tal-persuna kkonċernata li tippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura meħuda kontriha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, 2012/256/PESK, 2012/739/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012, Nru 410/2012 u Nru 363/2013)

7.      Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Dritt għal rimedju ġust u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja — Assenza ta’ komunikazzjoni ta’ provi kontra u assenza ta’ smigħ tal-imsemmija persuni u entitajiet — Ammissibbiltà

(Artikolu 6(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a) u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, 2012/256/PESK, 2012/739/PESK, 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 410/2012)

9.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-provi kontra — Deċiżjoni sussegwenti li żżomm l-isem tar-rikorrent fil-lista tal-persuni koperti minn dawn il-miżuri — Assenza ta’ motivi ġodda — Ksur tad-dritt ta’ smigħ — Assenza

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2012/739/PESK u 2013/255/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 363/2013)

10.    Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja fil-kuntest tal-ġlieda kontra r-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Att li jadotta jew iżomm tali miżuri e adoptant ou maintenant de telles mesures — Assenza ta’ komunikazzjoni lir-rikorrent — Assenza ta’ effett għall-inqas li jistabbilixxi ksur tad-drittijiet tar-rikorrent

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

11.    Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Stħarriġ ristrett mir-regoli ġenerali — Stħarriġ estiż għall-evalwazzjoni tal-fatti u għall-verifka tal-provi għall-atti li jappilkaw għal entitajiet speċifiċi

(Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2012/256/PESK, 2012/739/PESK u 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 410/2012 u Nru 363/2013)

12.    Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Appoġġ għar-reġim — Kunċett — Kull forma ta’ appoġġ — Funzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ ġestjoni fuq entità koperta minn miżuri restrittivi — Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja li għandu b’mod partikolari l-missjoni li jservi ta’ bankier għall-gvern ta’ dan il-pajjiż — Inklużjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, Artikoli 18(1) u 19(1), 2012/256/PESK, 2012/739/PESK, Artikoli 24(1) u 25(1) u 2013/255/PESK, Artikoli 27(1) u 28(1))

13.    Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Proporzjonalità — Natura proporzjonata ta’ miżura — Kriterji ta’ evalwazzjoni

14.    Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Restrizzjoni għad-dritt għall-proprjetà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, Artikolu 19(3) sa (7); u 2012/739/PESK, Artikolu 25(3) sa (11) u 2013/255/PESK, Artikolu 28(3) sa (11); Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012, Artikoli 16 sa 18)

15.    Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili — Restrizzjoni għad-dritt għar-rirspett tal-ħajja privata u tal-moviment liberu fl-Unjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza

(Artikolu 21(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 7; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikolu 27; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, Artikolu 18(2), 2012/739/PESK, Artikolu 24(2) u 2013/255/PESK, Artikolu 27(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(cf. points 47-49)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 56-58)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 59-66)

4.      Meta att għandu jiġi nnotifikat sabiex it-terminu għall-preżentata ta’ rikors jibda jiddekorri, dan l-att għandu fil-prinċipju jkun indirizzat lid-destinatarju ta’ dan l-att, u mhux lill-avukati li jirrappreżentaw. Fil-fatt, in-notifika lir-rappreżentant tar-rikorrent tiswa bħala notifika lid-destinatarju biss meta tali forma ta’ notifika hija prevista espressament minn leġiżlazzjoni jew minn ftehim bejn il-partijiet.

(ara l-punt 74)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 85)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 86-88, 93, 94)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 96)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 102, 103, 110-113, 120)

9.      Fil-kuntest tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/379, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni 363/2013 u tad-Deċiżjoni 2013/255, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, li żammew l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinkludi l-ismijiet tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi, ma jistax fil-prinċipju jiġi invokat b’mod validu l-argument tal-effett ta’ sorpriża tal-imsemmija miżuri. Madankollu, id-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ atti li jżommu miżuri restrittivi fil-konfront ta’ persuni diġà koperti minn dawn tal-aħħar jippreżumi li l-Kunsill ikun ipproduċa elementi ġodda fil-konfront ta’ dawn il-persuni.

Sa fejn il-Kunsill, meta żamm l-isem tal-persuna kkonċernata fil-listi ta’ persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ma pproduċa l-ebda element ġdid, li ma kienx diġà ġie kkomunikat lir-rikorrent wara l-iskrizzjoni inizjali tal-persuna kkonċernata fil-listi inkwistjoni, u li r-rikorrent ma użax il-possibbiltà, fuq inizjattiva tiegħu stess, li jressaq lill-Kunsill l-osservazzjonijiet tiegħu mingħajr ma tiġi fformulata stedina ġdida qabel l-adozzjoni ta’ kull att sussegwenti, fl-assenza ta’ elementi ġodda kkunsidrati fir-rigward tiegħu, ir-rikorrent kellu l-okkażjoni matul diversi xhur li jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu u li jikkontesta l-mertu tal-motivi, kif indikati b’mod suffiċjentement ċar fl-atti kkontestati, li wasslu għall-iskrizzjoni u għaż-żamma tiegħu fil-listi ta’ persuni suġġetti għal miżuri restrittivi. Għaldaqstant, ma ġie stabbilit ebda ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent.

(ara l-punti 114-119, 123)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 122)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 127-129)

12.    Fir-rigward ta’ miżuri restrittivi meħuda kontra persuni li jappoġġjaw ir-reġim Sirjan, jekk il-kunċett ta’ “appoġġ lir-reġim” ma huwiex iddefinit fid-dispożizzjonijiet rilevanti, jiġifieri fl-Artikolu 18(1) u fl-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2011/782, fl-Artikolu 24(1) u fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni 2012/739 kif ukoll fl-Artikolu 27(1) u fl-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255, ma hemm xejn li jista’ jikkonkludi li l-miżuri restrittivi jistgħu jirrigwardaw biss il-persuni li jappoġġaw ir-reġim Sirjan bil-għan preċiż li jkompli l-attivitajiet tiegħu ta’ repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. Fil-fatt, peress li huwa impossibbli li l-Kunsill jikkontrolla l-għanijiet li għalihom huma użati r-riżorsi pprovduti lil dan ir-reġim, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri kontra l-forom kollha ta’ appoġġ.

F’dan ir-rigward, persuna li twettaq funzjonijiet li jagħtuh setgħa ta’ kontroll fuq entità koperta minn miżuri restrittivi jista’, bħala regola ġenerali, huwa stess jitqies li huwa implikat f’attivitajiet li ġġustifikaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi li jirrigwardaw l-entità inkwistjoni.

B’hekk, il-Kunsill seta’, mingħajr ma jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jibbaża ruħu fuq il-funzjonijiet ta’ persuna, f’dan il-każ il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja li għandu b’mod partikolari l-kompitu li jservi ta’ bankier għall-gvern ta’ dan il-pajjiż, sabiex jikkunsidra li din il-persuna tinsab f’pożizzjoni ta’ poter u ta’ influwenza rigward l-appoġġ finanzjarju tar-reġim Sirjan ipprovdut mill-Bank Ċentrali tas-Sirja u, konsegwentement, seta’ wkoll jikkunsidra leġittimament li l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra r-rikorrent kienet tali li tikkontribwixxi sabiex teżerċita pressjoni fuq dan ir-reġim sabiex jieqaf, jew itaffi, ir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

Fil-fatt, il-miżuri restrittivi kontra s-Sirja ġew istiwiti b’reazzjoni kontra r-ripressjoni vjolenti eżerċitata mill-awtortijaiet ta’ dan il-pajjiż kontra l-popolazzjoni ċivili u jekk dawn il-miżuri restrivvi inkwistjoni jinvolvu biss il-mexxejja tar-reġim Sirjan, u mhux ukoll il-persuni li jsostnu dan ir-reġim, l-għanijiet segwiti mill-Kunsill jistgħu ma jirnexxux, peress li dawn il-mexxejja jistgħu faċilment jiksbu l-appoġġ, b’mod partikolari finanzjarju, li huma jeħtieġu sabiex ikomplu l-imsemmija repressjoni, permezz ta’ persuni oħra li jokkupaw funzjonijiet għolja ta’ ġestjoni fl-istituzzjonijiet ewlenin tal-Istat Sirjan. Barra minn hekk, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza għall-Unjoni tal-għan taż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali kif ukoll tal-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili.

(ara l-punti 135-137, 143, 147, 148)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 146)

14.    Għalkemm il-miżuri tal-iffriżar tal-fondi, tal-assi finanzjarji u ta’ riżorsi ekonomiċi oħra tal-persuni identifikati bħala li jappoġġaw ir-reġim Sirjan imposti permezz tal-atti kkontestati huma ta’ natura kawtelatorja u ma humiex maħsuba sabiex iċaħħdu lill-persuni kkonċernati mill-proprjetà tagħhom, dawn il-miżuri iwasslu inkontestabbilment għal restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà.

Madankollu, l-ewwel nett, dawn il-miżuri huma previsti mil-liġi, meta jitqies il-fatt li huma jinsabu wkoll stabbiliti f’atti li għandhom, b’mod partikolari, portata ġenerali u għandhom bażi ġuridika ċara fid-dritt tal-Unjoni kif ukoll peress li huma fformulati f’termini suffiċjentement preċiżi fir-rigward kemm tal-portata tagħhom kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tagħhom għar-rikorrent. It-tieni nett, fir-rigward tan-natura adatta tal-miżuri inkwistjoni, fid-dawl ta’ għan segwit ta’ interess ġenerali li huwa wkoll fundamentali għall-komunità internazzjonali bħall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili u ż-żamma tal-paċi, dawn tal-aħħar ma jistgħux, bħala tali, jitqiesu li huma inadegwati. It-tielet nett, fir-rigward tan-natura meħtieġa tal-miżuri inkwistjoni, għandu jiġi kkonstatat li l-miżuri alternattivi u inqas vinkolanti, bħal sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari jew obbligu ta’ ġustifikazzjoni a posteriori tal-użu ta’ fondi ttrasferiti, ma jippermettux b’mod daqstant effettiv li jintlaħaq l-għan segwit, jiġifieri l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq l-appoġġ tar-reġim Sirjan, b’mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltà li jiġu evitati r-restrizzjonijiet imposti.

Barra minn hekk, l-Artikolu 19(3) sa (7) tad-Deċiżjoni 2011/782, l-Artikolu 25(3) sa (11) tad-Deċiżjoni 2012/739 u l-Artikolu 28(3) sa (11) tad-Deċiżjoni 2013/255 jipprevedu l-possibbiltà, minn naħa, li jiġi awtorizzat l-użu tal-fondi ffriżati sabiex jintlaħqu ċerti bżonnijiet essenzjali jew jiġu sodisfatti ċerti impenji u, min-naħa l-oħra, li jingħataw awtorizzazzjonijiet speċifiċi li jippermettu li fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi oħra ma jibqgħux iffriżati. Fl-aħħar nett, iż-żamma tal-isem tar-rikorrent fil-listi annessi tad-deċiżjonijiet ikkontestati hija s-suġġett ta’ eżami mill-ġdid perijodiku sabiex jiġi żgurat li l-persuni u l-entitajiet li ma jissodisfawx iktar il-kriterji sabiex jidhru fil-lista inkwistjoni jitħassru mil-lista.

(ara l-punti 172, 175-181)

15.    Fir-rigward tal-allegat ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għat-territorju tal-Istat Membru li fih lir-rikorrent huwa, u tal-moviment liberu fl-Unjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw iċ-ċittadini, jiġifieri l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2011/782, l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni 2012/739 u l-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni 2013/255, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, jirrikonoxxu l-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet inkwistjoni għaċ-ċittadini tagħhom stess. Minn dan isegwi li, rigward persuna li, minbarra n-nazzjonalità Sirjana, għandu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru, id-dritt tal-Unjoni ma jimponix li l-awtoritajiet tal-imsmemi Stat li jipprojbilu l-aċċess għat-territorju tiegħu.

Għall-kuntrarju, ċittadin ta’ Stat Membru, u għalhekk ukoll tal-Unjoni, li ismu jidher fuq il-listi ta’ persuni suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet dwar id-dħul, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-aħħar dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Istati Membri għajr dawk li għandu n-nazzjonalità tagħhom. Fir-rigward ta’ dawn iċ-ċittadini, dawn l-Istati Membri huma obbligati li japplikaw ir-restrizzjonijiet inkwistjoni fir-rigward tat-territorji rispettivi tagħhom. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċittadini japplikaw biss għat-territorju tal-Istat Membru li dik il-persuna hija ċittadina tiegħu. Barra minn hekk, id-dritt għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni ma huwiex inkundizzjonali. Fil-fatt, skont ir-riżerva magħmula fit-tieni parti tas-sentenza tal-Artikolu 21(1) TFUE, bl-adozzjoni ta’ atti li jaqgħu fil-politika barranija u ta’ sigurtà komuni, il-Kunsill seta’ fil-prinċipju jillimita d-dritt għall-moviment ħieles fl-Unjoni tar-rikorrent b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kunsiderazzjonijiet dwar in-natura idonea, neċessarja u limitata fiż-żmien ta’ miżuri li jiffriżaw fondi kinux applikabbli b’analoġija għad-dispożizzjonijiet fuq ir-restrizzjonijiet dwar dħul.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet dwar id-dħul, sa fejn japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni, għandhom jitqiesu li huma liġi speċjali (lex specialis) meta mqabbla mad-Direttiva 2004/38 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221, 68/360, 72/194, 73/148, 75/34, 75/35, 90/364, 90/365 u 93/96, hekk li dawn id-dispożizzjonijiet jipprevalu fuq din tal-aħħar fis-sitwazzjonijiet li hija intiża speċifikament sabiex tirregola. Barra minn hekk, din il-liġi speċjali tirrifletti biss, fuq pjan komuni u f’kuntest partikolari, restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-moviment li l-Istati Membri jistgħu, uti singuli, japplikaw għal ċerti persuni, skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/38. Fil-fatt, din l-imsemmija direttiva ma tagħtix liċ-ċittadini tal-Unjoni dritt inkundizzjonat għall-moviment liberu fl-Unjoni, iżda tippermetti lill-Istati Membri li jirrestrinġu din il-libertà għal raġunijiet, b’mod partikolari, ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(ara l-punti 172, 185, 186, 190, 191, 194-199)