Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koszalinie (il-Polonja) fis-7 ta’ Frar 2024 – G.M.K.-Z.B.M. vs S.O.

(Kawża C-99/24, Chmieka 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Koszalinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G.M.K.-Z.B.M.

Konvenut: S.O.

Domandi preliminari

L-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, “ftuħ ta’ proċedura ġudizzjarja” tfisser il-preżentata ta’ rikors mir-rikorrent fi kwistjoni proċedurali jew tfisser ukoll it-tressiq ta’ talba għall-eżami mill-ġdid ta’ din il-kawża mill-konvenut wara l-konklużjoni definittiva tagħha?

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali 1 , jew inkella id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ titressaq quddiem qrati ta’ Stat Membru ieħor f’kawżi għall-ħlas ta’ kumpens għall-użu mhux kuntrattwali ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab f’dan it-tieni Stat Membru?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.