Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-26 ta’ Novembru 2020 – W. J. vs L. J. u J. J., irrappreżentati mir-rappreżentanta legali A. P.

(Kawża C-644/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: W. J.

Konvenuti: L. J. u J. J., irrappreżentati mir-rappreżentanta legali A. P.

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll ta’ Den Haag tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment, approvat f’isem l-Unjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/941/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditur li huwa minuri jista’ jikseb residenza abitwali ġdida f’pajjiż fejn huwa ġie ddetenut illegalment, fil-każ ta’ ordni minn qorti sabiex il-kreditur jiġi rritornat lejn il-pajjiż li fih kellu r-residenza abitwali tiegħu immedjatament qabel id-detenzjoni illegali?

____________

1 ĠU 2009, L 331, p. 17.