Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2013 - Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI - Vieweg (goldstück)

(Kawża T-47/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH (Cham, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christin Vieweg (Sonneberg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Novembru 2012 fil-Każ R 2589/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Christin Vieweg

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "goldstück" għall-prodotti fil-klassijiet 29 u 30 - applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 153 677

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "GOLDSTEIG" għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni tar-rikorrenti miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________