Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2024 – Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero delle Imprese e del Made in Italy

(Kawża C-766/23, Persidera-2)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Persidera SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero delle Imprese e del Made in Italy

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(3) u 3a, 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) 1 , kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi 2 , kif ukoll l-Artikoli 5, 6, 8, 9 u 45 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 3 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema bħal dik introdotta fid-dritt Taljan mill-Artikolu 1(1031a) tal-Legge di Bilancio 2018 (il-Liġi Finanzjarja tal-2018), kif introdott mill-Artikolu 1(1105) tal-Legge di Bilancio 2019 (il-Liġi Finanzjarja tal-2019), li ċċaħħad lill-awtorità amministrattiva indipendenti mill-funzjonijiet regolatorji tagħha jew li, fi kwalunkwe każ, tillimitahom b’mod sinjifikattiv billi tipprevedi li l-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni addizzjonali għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura bi ħlas b’għoti lill-offerta li hija l-iktar vantaġġjuża ekonomikament u bil-parteċipazzjoni tal-operaturi preeżistenti li jiddominaw is-suq?

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21, l-Artikoli 3, 5, 7 u 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) 1 , l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi 2 , il-premessi 11 u 20 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470–790 MHz fl-Unjoni (ĠU 2017, L 138, p. 131), kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwità, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema bħal dik introdotta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti (Artikolu 1(1030), (1031), (1031a), (1031b) u (1032)) tal-Legge n. 205/2017 (il-Liġi Nru 205/2017), mid-Deċiżjonijiet 39/19/CONS, 128/19/CONS u 564/2020/CONS tal-Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Komunikazzjonijiet, iktar ’il quddiem l-“AGCOM”), kif ukoll mid-deċiżjonijiet korrispondenti li jagħtu d-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi għas-servizz tat-televiżjoni diġitali, sa fejn, għall-finijiet tal-konverżjoni “tad-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi” fi “drittijiet tal-użu tal-kapaċità ta’ trażmissjoni”, din is-sistema ma tipprevedix konverżjoni bbażata fuq l-ekwivalenza, iżda tirriżerva parti mill-kapaċità ta’ trażmissjoni għal proċedura bi ħlas, billi timponi spejjeż addizzjonali fuq l-operatur li jixtieq jiżgura l-preżervazzjoni tal-prerogattivi miksuba leġittimament minnu matul iż-żmien?

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21, l-Artikoli 3, 5, 7 u 14 tad-Direttiva 2002/20, l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2002/77, il-premessi 11 u 20 tad-Deċiżjoni 2017/899, il-prinċipji ta’ ekwità, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema bħal dik introdotta fid-dritt Taljan mill-Artikolu 1(1101 sa 1108) tal-Legge di Bilancio 2019 (il-Liġi Finanzjarja tal-2019), mill-Artikolu 1(1030), (1031), (1031a), (1031c), 1032, 1033, 1034 u 1037 tal-Legge di Bilancio 2018 (il-Liġi Liġi Finanzjarja tal-2018), mid-Deċiżjonijiet 39/19/CONS (PNAF), 128/19/CONS u 129/19/CONS tal-AGCOM u mid-deċiżjonijiet korrispondenti li jagħtu d-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi għas-servizz tat-televiżjoni diġitali, inkwantu din is-sistema ma tinkludix miżuri ta’ natura strutturali [u –] anki fil-preżenza ta’ miżuri ta’ kumpens u/jew ta’ ekwilibriju mill-ġdid mhux strutturali – sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza stabbilita preċedentement, tipprevedi proċedura bi ħlas li timponi spejjeż u ħlasijiet addizzjonali fuq l-operatur, u dawn ir-regoli tad-dritt [tal-Unjoni], wara li jitqiesu, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti bis-sentenza tas-26 ta’ Lulju 2017, Persidera (C-112/16, EU:C:2017:597), jipprekludu sistema bħal dik indikata, anki fid-dawl tal-evoluzzjoni ġenerali tas-sistema u tal-“anomaliji”, tal-“lakuni” u tal-“irregolaritajiet” tagħha kkonstatati mill-ġurisprudenza nazzjonali u supranazzjonali u rrilevati fil-motivazzjoni ta’ dan id-digriet, jew inkella, għall-kuntrarju, il-miżuri ta’ natura mhux strutturali adottati mill-AGCOM sabiex tekwilibra mill-ġdid s-sistema huma suffiċjenti?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

1         ĠU 2009, L 337, p. 37, rettifika fil- ĠU 2013, L 241, p. 8.

1         ĠU 2018, L 321, p. 36, rettifiki fil- ĠU 2019, L 334, p. 164 u fil-ĠU 2020, L 419, p. 36.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178.