Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 –Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-381/17)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Mataija, T. Scharf, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja

Talbiet

tikkonstata li, peress li ma adottatx, fil-21 ta’ Marzu 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Frar 2014, dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 60, p. 34) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 42(1) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja, taħt l-Artikolu 260(3) TFUE, tħallas multa ta’ ammont ta’ EUR 9865.40 għal kull jum mid-data li fiha tingħata s-sentenza li tikkonstata l-ksur tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva ċċitata iktar ’il fuq;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Kroazja ma ssodisfatx l-obbligu tagħha li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/17/UE fit-terminu previst fl-Artikolu 42(1) tagħha.

____________