Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 - iPublish Ganske interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' apparat ta' navigazzjoni)

(Kawża T-555/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: iPublish Ganske interactive Publishing GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Ottubru 2008, fil-Każ R 709/2008-4, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta apparat ta' navigazzjoni bil-kuluri iswed u blu, ikkaratterizzata b'mod partikolari permezz ta' faxxa laterali blu, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 092 639).

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).