Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSvea Hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fil-15 ta’ Ġunju 2023 – Guldbrev AB vs Konsumentombudsmannen

(Kawża C-379/23, Guldbrev)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Guldbrev AB

Konvenut: Konsumentombudsmannen

Domandi preliminari

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-valutazzjoni u x-xiri ta’ deheb minn konsumatur huma prodott (prodott kombinat) fis-sens tal-Artikolu 2(ċ),(d) u (i) kif ukoll tal-Artikolu 3(1)tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 ?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-valutazzjoni tad-deheb hija, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, prodott fis-sens tad-Direttiva 2005/29?

____________

1 ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.