Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2023 – Novel Nutriology GmbH vs Verband Sozialer Wettbewerb e.V.

(Kawża C-386/23, Novel Nutriology)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Novel Nutriology GmbH

Konvenut: Verband Sozialer Wettbewerb e.V.

Domanda preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija adita bid-domanda preliminari segwenti li tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1) u (3), u tal-Artikolu 28(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel 1 kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012 tat- 8 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fir-rigward tal-lista ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni mogħtija fuq l-ikel 2 kif ukoll l-interpretazzjoni tal-premessi 10 u 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal 3 u tal-premessi 4 u 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2013 tal-11 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal 4 :

Huwa permess li jsir reklamar ta’ sustanzi veġetali jew ta’ sustanzi bbażati fuq pjanti msejħa “sustanzi botaniċi” billi jintużaw indikazzjonijiet dwar is-saħħa (Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006) jew billi jsiru referenzi għall-effetti ta’ benefiċċju ġenerali, mhux speċifiċi ta’ nutriment jew ta’ ikel fuq l-istat ġenerali tas-saħħa u fuq il-benesseri marbut mas-saħħa (Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006), mingħajr ma dawn l-indikazzjonijiet ikunu ġew awtorizzati konformement ma’ dan ir-regolament u jkunu inklużi fil-listi ta’ indikazzjonijiet awtorizzati msemmija fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (Artikolu 10(1) tar-Regolament) jew mingħajr ma dawn ir-referenzi jkunu akkumpanjati minn indikazzjoni tas-saħħa speċifika inkluża fil-listi msemmija fl-Artikolu 13 jew 14 tar-Regolament (Artikolu 10(3) tar-Regolament), sakemm l-evalwazzjoni mill-Awtorità u l-eżami mill-Kummissjoni fir-rigward tal-inklużjoni fil-listi Komunitarji skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-indikazzjonijiet relattivi għal “sustanzi botaniċi” nnotifikati jkunu għadhom ma ntemmux?

____________

1     ĠU 2006, L 404, p. 9, rettifika fil-ĠU 2007, L 12, p. 3.

1     ĠU 2012, L 310, p. 36.

1     ĠU 2012, L 136, p. 1.

1     ĠU 2013, L 160, p. 4.