Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Lulju 2011 - Masottina vs UASI - Bodegas Cooperativas de Alicante (CA' MARINA)

(Kawża T-393/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masottina SpA (Conegliano (TV), l-Italja) (rappreżentant: N. Scheffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Cooperativas de Alicante, magħrufa fil-kummerċ bħala Coop. V. BOCOPA (Alicante, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 518/2010-1, kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-2 ta' Frar 2010

tirrifjuta u tiċħad il-proċediment mibdi minn Bodegas Cooperativas de Alicante, Coop. V. BOCOPA, u li permezz tiegħu hija opponiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark "CA' MARINA", u tiddikjara bħala ammissibbli l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6375216 li għaliha Masottina SpA għandha tkun intitolata, u

tikkundanna lil Bodegas Cooperativas de Alicante, Coop. V. BOCOPA, għall-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti u dawk relatati kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CA' MARINA", għal prodotti fil-klassi 33 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6375216

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 1796374 tas-sinjal verbali "MARINA ALTA", għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: rifjut tal-applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja għall-prodotti kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħad l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8 (1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94, peress li l-Bord tal-Appell applika b'mod żbaljat l-Artikolu msemmi hawn fuq: (i) fir-rigward tan-nuqqas jew għall-inqas insuffiċjenza ta' determinazzjoni u distinzjoni tat-trade mark "MARINA ALTA" (ii) peress li ma hemmx eżistenza ta' ebda riskju ta' konfużjoni fir-rigward tas-sinjali kkonċernati, u (iii) dwar il-kunsiderazzjoni nieqsa li ma teżisti ebda identità tal-merkanziji, il-kanali ta' distribuzzjoni rispettivi tagħhom u l-pubbliku ta' referenza.

____________