Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta̕ Mejju 2013 – ultra air vs UASI – Donaldson Filtration Deutschland (ultrafilter international)

(Kawża T-396/11) 1

[“Trade mark Komunitarja Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Trade mark Komunitarja verbali ultrafilter international Raġuni assoluta għal rifjut Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 Abbuż ta’ dritt”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ultra air GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Haan, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Siebertz u M. Teworte-Vey, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Mejju 2011 (Każ R 374/2010-4, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ultra air GmbH u Donaldson Filtration Deutschland GmbH

Dispożittiv

Id deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Mejju 2011 (Każ R 374/2010-4) hija annullata.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ ultra air GmbH.

Donaldson Filtration Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 298, 08.10.2011