Language of document : ECLI:EU:T:2007:323





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – Estaser El Mareny vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/06)

“Rikors għal annullament – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Punt ta’ tluq – Pubblikazzjoni sommarja fil-Ġurnal Uffiċjali – Sit ta’ l-Internet – Att ineżistenti – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Punt ta’ tluq (il-ħames paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 31, 36)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-1/38.348 – REPSOL CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li tirrendi vinkolanti l-impenji assunti minn Repsol CPP, adottata skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat [KE] (ĠU 2003, L 1, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent magħmula minn Rani, SA, Estación de servicio Lazarza, SL, Melón, SA, Estación de servicio Ahigal, SL, Els Garrafons, SL, Estación de servicio Azpeitia-Azkoitia, SL, Red Azul, SA, Sucesores de Narciso Chiva, SL, Pablo Rada Combustibles, SL u Promotores Internacional, SA, tal-Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio u ta’ Repsol Comercial de Productos Petrolíferos, SA.

3)

Estaser El Mareny, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

4)

Il-partijiet li talbu li jintervjenu għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.