Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-1 ta' Lulju 2009 - ISD Polska et vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-273/06 u T-297/06)1

("Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka - Rikors għal annullament - Locus standi - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Ammissibbiltà - Aspettattivi leġittimi - Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Rata ta' imgħax li għandha tiġi applikata għar-rimbors tal-għajnuna inkompatibbli - Obbligu ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru - Rata ta' imgħax kompost - Artikolu 9(4) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-273/06: ISD Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); u Industrial Union of Donbass Corp. (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: inizjalment C. Rapin u E. Van den Haute, sussegwentement C. Rapin, E. Van den Haute u C. Pétermann, avocats)

Rikorrenti fil-Kawża T-297/06: ISD Polska sp. o.o. (li qabel kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.) (Varsavja) (rappreżentanti: inizjalment C. Rapin u E. Van den Haute, sussegwentement C. Rapin, E. Van den Haute u C. Pétermann, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE tal-5 ta' Lulju 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A. (ĠU 2006, L 366, p. 1), sa fejn tiddikjara ċertu għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u tordna lir-Repubblika tal-Polonja tirkupraha.

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)    ISD Polska sp. z o.o. u Industrial Union of Donbass Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 294, 2.12.2006.