Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federcaccia della Regione Liguria (Genova, l-Italja), Matteo Anfossi (Taggia, l-Italja), Associazione dei Migratoristi Italiani per la conservazione dell’ambiente naturale (ANUU) - LIGURIA (Genova, l-Italja), Alessio Piana (Cremolino, l-Italja), Giovanno Bordo (Bargagli, l-Italja), Maria Teresa Esposito (Bargagli, l-Italja), Ezio Gia

allina, merill u malvizzun tal-qtajja’ meta mqabbla ma

ja), Luc

a Fossardi (Recco, l-Italja), Adriano Zanni (Valbrevenna, l-Italja), Luigi Marco Tiscornia (Ne, l-Italja), Andrea Campanile (Cassano Spinola, l-Italja) (rappresentanti: A. Bruni, A. Mozzati u P. Balletti, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni EwropeaTalbiettikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball meta naqset milli teżamina d-data inizjali Key Concepts akkwistata mill-Italja fir-rigward tal-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzu

n tal-qtajja’ meta mqabbla mal-istess data akkwistata minn Franza, sabiex għaldaqstant naqset milli twettaq l-obbligu li tiżviluppa data transnazzjonali koerenti dwar it-tliet speċi migratorji f’ambiti territorjali ġeografikament u klimatikament omoġenji;tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball meta naqset milli taġġorna d-data Key Concepts Taljana fir-rigward tal-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun

tal-qtajja’, billi adattatha u għamlitha uniformi mal-istess data Franċiża meqjusa korretta u leġittima, u identifikat it-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar bħala l-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tat-tliet speċi msemmija anki fl-Italja;tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea, fl-assenza ta’ suppożizzjonijiet validi u korretti, irrikjediet li jiġu introdotti fl-Italja, u b’mod partikolari fil-Liguria, limitazzjonijiet mhux iġġustifikati għall-kaċċa tal-gallina, tal-merill

u tal-malvizzun tal-qtajja’, meta pparagunat ma’ dak awtorizzat fi Franza u b’mod partikolari fil-Korsika u fin-nofsinhar ta’ Franza, u b’hekk antiċipat għall-20 ta’ Jannar l-għeluq tal-perijodu tal-kaċċa tal-imsemmija tliet speċi migratorji fil-Liguria;tikkonstata u tiddikkjara l-illeġalità, bħala riżultat tad-differenza fit-trattament bejn l-Istati Membri u/jew ir-reġjuni tal-Istati Membri kif ukoll minħabba assenza ta’ suppożizzjonijiet validi, tal-proċedura EU PILOT 6955/14/ENVI mibdija mill-Kummissjoni Ewropea kontra l-Istat Taljan biss, mingħajr ma ħadet inizjattiva identika u kuntestwali fil-konfront ta’ Franza u mingħajr ma għamlet ebda investigazzjoni preliminari bil-għan li tikseb elementi kongruwenti li jippermettu li jiġi konkluż li l-bidu effettiv tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-gallina, tal-merill u tal-malvizzun tal-qtajja’ għandu jitqies li jseħħ xahar wara (20 ta’ Frar) fil-Korsika u fin-nofsinhar ta’ Franza meta mqabbel mal-bidu tal-istess migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir fil-Liguria (20 ta’ Jannar);tikkonstata u tiddikkjara l-illegalità tal-aġir ta’ ommissjoni adottat u miżmum mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-att ta’ intimazzjoni nnotifikat mir-rikorrenti fis-16 ta’ Ġunju 2015, billi tikkonferma u tiddikjara fl-istess ħin in-natura evażiva tat-tweġiba li tinsab fl-ittra tal-istess Kummissjoni Ewropea, tad-9 ta’ Settembru 2015, Nru ENV.D.2/MC-GM/vf/ARES (2015) 3758354;tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea biex tadatta d-data Key Concepts Taljana dwar il-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ mad-data Key Concepts ta’ Franza, billi b’hekk tidentifika t-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar;fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea biex tadatta d-data Key Concepts Taljana dwar il-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir fil-Liguria tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ mad-data Key Concepts ta’ Franza relatata mal-Korsika u man-nofsinhar ta’ Franza, billi b’hekk tidentifika t-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar;tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, għall-aġir inadegwat u ommissiv tagħha, sabiex tagħti kumpens għad-danni mġarrba u li jistgħu jiġġarrbu mill-assoċċjazzjonijiet tal-kaċċaturi rikorrenti, anki b’mod ekwu, fl-ammont li jidhrilha xieraq.Motivi u

argumenti prinċipaliIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-562/15.

____________