Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Bimbo vs UASI – ISMS (BIMBO BEL SIMPLY MARKET)

(Kawża T-571/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: International Supermarket Stores (ISMS) SA (Croix, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BIMBO BEL SIMPLY MARKET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 335 321

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/07/2015 fil-Każ R 1297/2014-4Talbiettemenda d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell iddatata s-17 ta’ Lulju 2015 skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009, li jiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 335 321 fl-intier tiegħu;sussidjarjament u fil-każ biss li t-talba ta’ hawn fuq tiġi miċħuda, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell iddatata s-17 ta’ Lulju 2015;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatKsur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(5), 42(2)(3), u 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________