Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Mad Catz Interactive (Rappreżentazzjon ta’ kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod)

(Kawża T-567/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta tliet dwiefer ippożizzjonati vertikalment – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mad Catz Interactive (San Diego, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2368/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Mad Catz Interactive.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 381, 16.11.2015.