Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2017 – Morgese et vs EUIPO

(Kawża T-568/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 2 STAR – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti ONE STAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta), Felice D’Onofrio (Barletta) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u G. Sakalaite-Orlovskiene, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: All Star CV (Hilversum, il-Pajiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Sleep, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1906/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn All Star, minn naħa, u G. Morgese, P. Morgese u F. D’Onofrio, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G. Morgese, P. Morgese u F. D’Onofrio huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 398, 30.11.2015.