Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas‑26 ta’ Ottubru 2017 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑570/15)
“Ambjent – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa – Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa – Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE – Perijodu magħluq għall-kaċċa fil-Liguria”
1. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati – Astensjoni tal-Kummissjoni milli taġġorna ċerta data nazzjonali dwar l-għasafar selvaġġi li tinsab f’dokument imsemmi fid-Direttiva 2009/147 u intiża li sservi ta’ bażi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-perijodi tal-kaċċa – Assenza ta’ kwalità ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE – Inammissibbiltà
(il-paragrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE u l-paragrafu 3 tal-Artikolu 265 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 7(4))
(ara l-punti 56 sa 58, 62, 65 sa 69)
2. Ambjent – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Direttiva 2009/147 – Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku – Kumitat ORNIS – Funzjonijiet – Għoti ta’ assistenza u ta’ pariri lill-Kummissjoni – Data kkunsidrata mill-kumitat – Natura vinkolanti – Assenza
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 16)
(ara l-punti 65 sa 67, 82, 108)
3. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Astensjoni tal-Kummissjoni milli taġġorna ċerta data nazzjonali dwar l-għasafar selvaġġi li tinsab f’dokument imsemmi fid-Direttiva 2009/147 u intiża li sservi ta’ bażi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-perijodi tal-kaċċa – Rikors ippreżentat mill-kaċċaturi – Nuqqas ta’ inċidenza diretta u individwali – Inammissibbiltà
(il-paragrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE u l-paragrafu 3 tal-Artikolu 265 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 7(4))
(ara l-punti 71, 72, 75 sa 78, 94, 99)
4. Ambjent – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Direttiva 2009/147 – Obbligu li tiġi pprojbita l-kaċċa matul ċerti perijodi meta l-għasafar ikunu partikolarment vulnerabbli – Determinazzjoni tal-perijodi ta’ migrazzjoni qabel it-tgħammir tal-għasafar f’dokument redatt mill-Kumitat ORNIS – Aġġornament tad-data li tinsab f’dan id-dokument – Obbligu li jaqa’ fuq il-Kummissjoni u fuq l-Istati Membri
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, premessa 4 u Artikolu 7(4))
(ara l-punti 89 sa 92, 106)
5. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Att adottat fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot – Esklużjoni
(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
(ara l-punt 97)
6. Rikors għad-danni – Natura awtonoma – Differenza meta mqabbel mar-rikors għal annullament
(Artikoli 263 TFUE u 268 TFUE)
(ara l-punt 104)
Suġġett
| Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet illegalment milli taġġorna ċerta data li tirrigwarda l-Italja, li tinsab fid-dokument dwar il-kunċetti ewlenin, redatt mill-Kumitat ORNIS, previst fid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7), talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas‑6 ta’ Ottubru 2014 li tindika li l-estenzjoni fl-Italja tal-istaġun tal-kaċċa għal ċerti speċi ta’ għasafar ma hijiex konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ aġġornament tad-data li tirrigwarda l-Italja mill-Kummissjoni. |
Dispożittiv
2) | | Federcaccia della Regione Liguria u l-partijiet l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż. |