Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2017 – Anderson vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/11) 1

(Għajnuna mill-Istat – Trasport ferrovjarju – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi favur l-impriża pubblika Danske Statsbaner - Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri bejn Copenhagen u Ystad - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Applikazzjoni ratione temporis tad-dritt sostantiv – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anderson (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés u M. I. Rantou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti : C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat) u Danske Statsbaner (DSB) (Copenhagen, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)

Intervenjent insostenn tal-appellanta: Dansk Tog (Copenhagen, Danemark) (rappreżentanti: G. van de Walle de Ghelcke, J. Rivas Andrés u F. Nissen Morten, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li hija intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C-41/08 (ex NN 35/08)) (ĠU 2011, L 7, p. 1).

Dispożittiv

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C-41/08 (ex NN 35/08)) huwa annulla sa fejn dan jirrigwarda l-ħlas tal-21 ta’ Diċembru 2009..

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Jørgen Andersen, il-Kummissjoni Ewropea, Dansk Tog, ir-Renju tad-Danimarka u d- Danske Statsbaner (DSB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 103, 2.4.2011.