Language of document : ECLI:EU:T:2017:14





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-18 ta Jannar 2017 – Andersen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/11 RENV)

“Għajnuna mill-Istat – Trasport ferrovjarju – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi favur l-impriża pubblika Danske Statsbaner – Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri bejn Kopenħagen u Ystad – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis tad-dispożizzjonijiet legali sostantivi – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE))

(ara l-punt 40)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 41)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta kontradittorju – Rispett fil-kuntest ta proċedura ġudizzjarja – Portata – Motiv ta’ liġi mqajjem ex officio mingħajr stedina lill-partijiet sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom – Ksur

Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113)

(ara l-punt 45)

4.      Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta servizzi ta importanza ekonomika ġenerali – Definizzjoni ta servizzi ta importanza ekonomika ġenerali – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti – Investigazzjoni tal-Kummissjoni limitata għall-każijiet ta żball manifest

(Artikolu 106(2) TFUE)

(ara l-punt 56)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Portata

(Artikolu 107 TFUE)

(ara l-punt 57)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna li għandha għan ta’ interess ġenerali

(Artikolu 107(3)(c) TFUE)

(ara l-punt 69)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner [Għajnuna mill-Istat C-41/08 (ex NN 35/08)] (ĠU 2011, L 7, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner [Għajnuna mill-Istat C‑41/08 (ex NN 35/08)] huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-ħlas tal-21 ta’ Diċembru 2009.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Jørgen Andersen, Il-Kummissjoni Ewropea, Dansk Tog, ir-Renju tad-Danimarka u d-Danske Statsbaner (DSB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.