Language of document : ECLI:EU:T:2014:884





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 — Skysoft Computersysteme vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (SKYSOFT)

(Kawża T‑262/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYSOFT — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18-20)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali SKYSOFT u SKY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23-26, 29-34, 36-40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2503/2011‑4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skysoft Computersysteme GmbH, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Skysoft Computersysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.