Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo - Spanja) – Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) (C‑105/18), Energía de Galicia (Engasa) SA (C‑106/18), Duerocanto SL (C‑107/18), Corporación Acciona Hidráulica (Acciona) SLU (C‑108/18), Associació de Productors i Usuaris d’Energia Elèctrica (C‑109/18), José Manuel Burgos Pérez, María del Amor Guinea Bueno (C‑110/18), Endesa Generación SA (C‑111/18), Asociación de Empresas de Energías Renovables (APPA) (C‑112/18), Parc del Segre SA, Electra Irache SL, Genhidro Generación Hidroeléctrica SL, Hicenor SL, Hidroeléctrica Carrascosa SL, Hidroeléctrica del Carrión SL, Hidroeléctrica del Pisuerga SL, Hidroeléctrica Santa Marta SL, Hyanor SL, Promotora del Rec dels Quatre Pobles SA (C‑113/18), vs Administración General del Estado

(Kawżi Magħquda C-105/18 u C-113/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Direttiva 2000/60/KE – Artikolu 9(1) – Irkupru tal-ispejjeż għal servizzi marbuta mal-użu tal-ilma – Regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku – Direttiva 2009/72/KE – Artikolu 3(1) – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Artikolu 107(1) TFUE – Għajnuna mill-Istat – Ħlas għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni ta’ enerġija elettriku – Ħlas dovut biss mill-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’baċiri tal-ilma inter-Komunitarji)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Española de la Industria Eléctrica (UNESA) (C‑105/18), Energía de Galicia (Engasa) SA (C‑106/18), Duerocanto SL (C‑107/18), Corporación Acciona Hidráulica (Acciona) SLU (C‑108/18), Associació de Productors i Usuaris d’Energia Elèctrica (C‑109/18), José Manuel Burgos Pérez, María del Amor Guinea Bueno (C‑110/18), Endesa Generación SA (C‑111/18), Asociación de Empresas de Energías Renovables (APPA) (C‑112/18), Parc del Segre SA, Electra Irache SL, Genhidro Generación Hidroeléctrica SL, Hicenor SL, Hidroeléctrica Carrascosa SL, Hidroeléctrica del Carrión SL, Hidroeléctrica del Pisuerga SL, Hidroeléctrica Santa Marta SL, Hyanor SL, Promotora del Rec dels Quatre Pobles SA (C‑113/18)

Konvenuta: Administración General del Estado

fil-preżenza ta’: Iberdrola Generación SAU, Hidroeléctrica del Cantábrico SA

Dispożittiv

l-Artikolu 191(2) TFUE u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux ħlas għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li ma jinkoraġġixxux użu effikaċi tal-ilma, ma jistabbilixxux mekkaniżmi għall-konservazzjoni u mal-protezzjoni tar-riżorsi ta’ ilma pubbliku, li r-rata tiegħu ma għandhiex rabta mal-kapaċità li jiġi kkawżat dannu lil dawn ir-riżorsi ta’ ilma pubbliku, u li huwa biss u esklużivament ibbażat fuq il-kapaċità tal-produtturi tal-enerġija idroelettrika għal ġenerazzjoni ta’ dħul.

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix ħlas, bħalma huwa l-ħlas għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li huwa dovut biss mill-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw f’baċiri tal-ilma li jestendu fit-territorju ta’ iktar minn komunità awtonoma waħda.

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-ħlas għall-użu tal-ilmijiet interni għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, ma huwiex dovut, minn naħa, mill-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw fuq baċiri tal-ilma li jinsabu fit-territorju ta’ komunità awtonoma waħda u, min-naħa l-oħra, mill-produtturi ta’ enerġija elettrika li ġejja minn sorsi oħra minbarra s-sors tal-ilma, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, favur dawn il-produtturi, peress li dawn tal-aħħar ma humiex, fid-dawl tal-kuntest ta’ referenza rilevanti kif ukoll tal-għan ta’ dan il-ħlas, f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-produtturi ta’ enerġija idroelettrika li joperaw fuq baċiri tal-ilma li jestendu fuq it-territorju ta’ iktar minn komunità awtonoma waħda li huma suġġetti għal dan il-ħlas, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

____________

1     ĠU C 161, 7.5.2018.