Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera dwar il-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002 u l-annullament ta’ punti ta’ mertu mogħtija matul il-proċedura ta’ promozzjoni 2003.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera (REC/CDR) tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002;sussidjarjament, jannulla l-punti ta’ mertu tar-rikorrent tal-proċedura ta’ promozzjoni 2003 billi ma humiex fil-livell tal-medju ta’ punti mogħtija lill-persunal tal-grad tiegħu matul l-istess proċedura;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.