Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2012 - Skype vs UASI - British Sky Broadcasting u Sky IP International (skype)

(Kawża T-423/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Lulju 2012 fil-Każ R 1561/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "skype", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4546248

Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3203411 għat-trade mark verbali "SKY", għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38, 41 u 42; reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2302176 E għat-trade mark verbali "SKY", għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 38; resġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2302176 B għat-trade mark verbali "SKY", għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 1178409 għat-trade mark figurattiva "sky", għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 1178540 għat-trade mark figurattiva "sky", għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3166337 għat-trade mark figurattiva "sky", għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3203619 għat-trade mark figurattiva "sky", għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; trade mark tar-Renju Unit "SKY", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 41 u 42; trade mark, isem kummerċjali u isem ta' kumpannija preċedenti u mhux reġistrati "SKY" użati kummerċjalment fir-Renju Unit, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni għall-prodotti u għas-servizzi kollha kkontestati milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________