Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2012 - Kappa Filter Systems GmbH vs UASI (THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS)

(Kawża T-422/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kappa Filter Systems GmbH (Steyr-Gleink, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Hadeyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Lulju 2012, fil-Każ R 817/2012-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11 u 37 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 010139749

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________