Language of document : ECLI:EU:T:2011:612





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 – COR Sitzmöbel Helmut Lübke vs UASI – El Corte Inglés (COR)

(Kawża T-214/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali – Trade mark verbali COR – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CADENACOR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 37, 66, 70-72)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Marzu 2009 (Każ R 376/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Cor Sitzmöbel Helmut Lübke GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

COR Sitzmöbel Helmut Lübke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.