Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2012 - Astrim u Elyo Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/09) 

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Servizzi ta' manutenzjoni tal-installazzjonijiet tal-arja kondizzjonata, tat-tisħin u tal-ventilazzjoni taċ-Ċentru Komuni tar-Riċerka ta' Ispra - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Interpretazzjoni ta' kundizzjoni prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Astrim SpA (Ruma, l-Italja); u Elyo Italia Srl (Sesto San Giovanni, l-Italja) (rappreżentanti: M. Brugnoletti u M. Civello, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara u E. Manhaeve, sussegwentement E. Manhaeve u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2009 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta' avviż ta' kuntratt, ippubblikat fil-25 ta' Ottubru 2008 mill-Kummissjoni, għall-għoti ta' servizzi ta' manutenzjoni ordinarja u straordinarja tal-installazzjonijiet tal-arja kondizzjonata, tat-tisħin u tal-ventilazzjoni taċ-Ċentru Komuni tar-Riċerka ta' Ispra (ĠU 2008/S 208-274999), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tal-punt 17 tal-ittra ta' stedina għall-offerti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Astrim SpA u Elyo Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009.