Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2012 - Almamet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-410/09) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta' Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Setgħat ta' spezzjoni tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Almamet GmbH Handel mit Spänen und Pulvern aus Metall (Ainring, il- Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hautbourg u C. Renner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, V. Bottka u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 - Reaġenti abbażi ta' karbur tal-kalċju u ta' manjesju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Almamet GmbH Handel mit Spänen und Pulvern aus Metall għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.