Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 - Timsas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-453/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Timsas Srl (Arezzo, l-Italja) (rappreżentanti: D. Dodaro, S. Pinna u S. Cianciullo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-Deċiżjoni safejn:
a. tafferma li "l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont il-Liġi Reġjonali Nru 9 tal-1998, illegalment applikata mill-Italja permezz tad-Deliberazzjoni Nru 33/6 u tal-Avviż Nru 1, hija inkompatibbli mas-suq komuni, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx ippreżenta talba għal għajnuna fuq il-bażi ta' din is-sistema qabel ma jitwettqu x-xogħlijiet marbuta mal-proġett ta' investiment inizjali" (Artikolu 1 tad-Deċiżjoni);
b. tordna li "ir-Repubblika Taljana tipproċedi għall-irkupru mill-benefiċjarji tal-għajnuna inkompatibbli mogħtija skont is-sistema prevista fl-Artikolu 1"(Artikolu 2 tad-Deċiżjoni);
c. tiddikjara li "ir-Repubblika Taljana għandha tannulla l-pagamenti kollha mwettqa b'eżekuzzjoni tal-għajnuna skont is-sistema prevista fl-Artikolu 1 mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni" (Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni)
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-Deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti hija l-istess bħal dik fil-kawżi T-394/08 Regione Sardegna vs Il-Kummissjoni, T-408/08 S. F. Turistico Immobiliare vs Il-Kummissjoni u T-436/08 Studio Vacanze vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk invokati f'dawn il-kawżi.
____________