Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-331/13) 1

(“Rikors għal annullament – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru – Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Marinos Nikolaou (Strovolos, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J. P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

SuġġettTalba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.2)    Marinos Nikolaou għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).