Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Marzu 2021 – Procureur général près la cour d’appel d’Angers vs KL

(Kawża C-168/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Procureur général près la cour d’appel d’Angers

Konvenut: KL

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni tal-kriminalità doppja tkun issodisfatti f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-konsenja intalbet għal atti li ġew ikklassifikati, fl-Istat emittenti, bħala qerda u sakkeġġ li jikkonsistu f’atti ta’ qerda u ta’ sakkeġġ ta’ natura li jiksru l-paċi pubblika meta fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jeżistu r-reat ta’ serq bi ħsara, ir-reat ta’ qerda, u r-reat ta’ twettiq ta’ ħsara li ma jeħtiġux dan l-element ta’ ksur tal-paċi pubblika?

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fil-pożittiv, l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’ tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza meta hija tikkonstata li l-persuna kkonċernata ngħatat sentenza mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat emittenti għat-twettiq ta’ reat uniku li jinkludi diversi atti u fejn uħud biss minn dawn l-atti jikkostitwixxu reat kriminali fir-rigward tal-Istat ta’ eżekuzzjoni? Għandha ssir distinzjoni skont jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat emittenti kkunsidrawx dawk id-diversi atti bħala diviżibbli jew le?

L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jeħtieg li l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew meta, minn naħa, dan ikun inħareġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza unika imposta għal reat uniku u li, min-naħa l-oħra, peress li wħud mill-atti li għalihom ġiet imposta din is-sentenza ma jikkostitwixxux reat taħt id-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, il-konsenja tista’ tiġi ordnata biss għal parti minn dawn l-atti?

____________

1 Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).