Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awwissu 2011 - Galileo International Technology vs UASI - ESA (GALILEO)

(Kawża T-450/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, il-Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, M. Blair u K. Gilbert, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' April 2011, fil-Każ R 1423/2005-1; u

tordna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant(i) għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "GALILEO", għal servizzi fil-klassi 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 2742237

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 1701167 tat-trade mark verbali "GALILEO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2157501 tat-trade mark verbali "GALILEO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 516799 tat-trade mark figurattiva "powered by GALILEO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 330084 tat-trade mark figurattiva "GALILEO INTERNATIONAL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2159069 tat-trade mark figurattiva "GALILEO INTERNATIONAL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jqis li kien hemm livell għoli ta' xebh bejn il-prodotti u servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja preċedenti u s-servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja kkontestata. B'mod partikolari, il-Bord tal-Appell naqas milli jqis li parti mill-prodotti u servizzi rilevanti jistgħu jkunu kumplimentari, kif ukoll diretti lejn l-istess konsumatur u għall-istess skopijiet. Il-konklużjoni tal-Bord li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni kienet ivvizjata min żball, fid-dawl tax-xebh ċar bejn it-trade marks u l-fatt li livell iżgħar ta' xebh bejn dawn il-prodotti u servizzi jista' jkun ikkumpensat minn livell ogħla ta' xebh bejn it-trade marks.

____________