Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 – Europol vs Kalmár

(Kawża T-455/11 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Kuntratt għal żmien determinat – Tkeċċija – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Kumpens pekunjarju”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann, D. El Khoury u J. Arnould, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u E. Antypas, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Andreas Kalmár (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: D. Coppens, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011, Kalmár vs Europol (F-83/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Andreas Kalmár fil-kuntest ta’ din l-istanza.