Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Szajner vs UASI – Forge de Laguiole (LAGUIOLE)

(Kawża T-453/11) 1

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali LAGUIOLE - Isem ta’ kumpannija Franċiża preċedenti Forge de Laguiole – Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gilbert Szajner (Niort, Franza) (rappreżentanti A. Lakits-Josse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Forge de Laguiole SARL (Laguiole, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 181/2007-1), rigward proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Forge de Laguiole SARL u Gilbert Szajner.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 181/2007-1), hija annullata sa fejn hija tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja verbali LAGUIOLE, għall-prodotti minbarra l-“għodda tal-idejn u implimenti (imħaddma bl-idejn); mgħaref; segi, mwies tal-leħja, xfafar għat-tqaxxir; kaxxetti b’tagħmir għat-tqaxxir; limi u tnalji tad-dwiefer, qattiegħa tad-dwiefer, settijiet tal-manikjur”, fil-klassi 8, l-“oġġetti li jaqtgħu l-karti”, fil-klassi 16, it-“trabixù; fettieħa tal-fliexken” u l-“pniezel tal-leħja, kaxxi fejn jitpoġġew l-oġġetti tat-twaletta”, fil-klassi 21, u l-“għodda għall-qtugħ ta’ truf tas-sigarri” u l-“ixkupilji li jnaddfu l-pipi tat-tabakk”, fil-klassi 34. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Il-Forge de Laguiole SARL għandha tbati kwart tal-ispejjeż tar-rikorrent, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess. Gilbert Szajner għandu jbati kwart tal-ispejjeż tal-Forge de Laguiole u kwart tal-ispejjeż tal-UASI, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess. L-UASI għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess.