Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Diċembru 2011 - Caventa AG vs UASI - Anson's Herrenhaus (B BERG)

(Kawża T-631/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appel: Anson's Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 2014/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li fiha l-element verbali "B BERG", għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson's Herrenhaus KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "Christian Berg" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: Bejn il-prodotti kunfliġġenti ma kienx hemm xebh, bejn is-sinjali kunfliġġenti ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni.

____________