Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2013 – da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-634/11 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ħatra fil-pożizzjoni ta’ direttur tad-Direzzjoni E ‘Ġustizzja’ tad-Direttorat Ġenerali ‘Ġustizzja, libertà u sigurtà’ tal-Kummissjoni – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u L. Baquero Cruz, aġenti)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ Settembru 2011, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni (F-72/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.Mario Paulo da Silva Tenreiro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.