Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – Il- Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-632/11)1

[“FAEGG – Taqsima Garanzija – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Regolament (KE) Nru 1782/2003 – Skema ta’ drittijiet għall-plas uniku – Kooperazzjoni leali – Ekwità – Proporzjonalità – Riżerva nazzjonali – Kriterji ta’

għoti – Korrezzjoni finanzjarja fissa – Riskju għall-Fondi – Regolament (KE) Nru 1493/1999 – Settur tal-inbid – Reġim ta’ distillazzjoni u ta’ ħlasijiet favur l-użu ta’ ċerti masti – Għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ għalieqi tad-dwieli”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Marcoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika.DispożittivId-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni fissa fuq l-għoti ta’ drittijiet tar-riżerva nazzjonali lill-bdiewa l-ġodda.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.