Language of document : ECLI:EU:T:2012:267





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-25 ta̕ Mejju 2012 — Nike International vs UASI — Intermar Simanto Nahmias (JUMPMAN)

(Kawża T‑233/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JUMPMAN — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti JUMP — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 24, 50-56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Marzu 2010 (R 738/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intermar Simanto Nahmias u Nike International Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nike International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.