Language of document : ECLI:EU:T:2013:560





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2013 — Merlin et vs UASI – Dusyma (Logħob)

(Kawża T‑231/10)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta logħba — Disinn preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Novità — Karattru individwali — Distinzjoni bejn prodott u disinn — Artikoli 3, 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”

Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Utent avżat — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 26, 27, 41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Marzu 2010 (Każ R 879/2009-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Merlin Handelsgesellschaft mbH et u Dusyma Kindergartenbedarf GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Merlin Handelsgesellschaft mbH, Rolf Krämer, BLS Basteln Lerner Spielen GmbH u Andreas Hohl huma kkundannati għall-ispejjeż.