Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Frar 2013 - Nitrogénművek Vegyipari vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/11) 

("Għajnuna mill-Istat - Settur bankarju - Krediti garantiti mill-Ungerija u mogħtija minn bank tal-iżvilupp - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta' għajnuna parzjalment inkompatibbli u li tordna l-irkupru tagħhom - Kriterju tal-investitur privat")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nitrogénművek Vegyipari Zrt. (Pétfürdő, l-Ungerija) (rappreżentanti: Z. Tamás u M. Le Berre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, P. Němečková u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/269/UE, tas-27 ta' Ottubru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat C 14/09 (ex NN 17/09) mogħtija mill-Ungerija lil Péti Nitrogénművek Vegyipari Zrt. (ĠU 2011, L 118, p. 9).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nitrogénművek Vegyipari Zrt. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.