Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Donnici vs Il-Parlament

(Kawża T-43/13) 1

(Rikors għad-danni Membri tal-Parlament Ewropew Verifika tal-kredenzjali Deċiżjoni tal-Parlament li tiddikjara mhux validu mandat ta’ deputat Ewropew Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Beniamino Donnici (Castrolibero, l-Italja) (rappreżentanti: V. Vallefuoco u J.-M. Van Gyseghem, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent bata minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Mejju 2007 dwar il-verifika tal-kredenzjali tiegħu u li ġiet annullata b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-30 ta’ April 2009, L-Italja u Donnici vs Il-Parlament (C-393/07 u C-9/08, Ġabra p. I-3679)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Beniamino Donnici huwa kkundannat għall-ispejjeż marbutin ma’ din il-proċedura.