Language of document : ECLI:EU:T:2013:621





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2013 — 1. garantovaná vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑42/13)

“Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjeżju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Multi — Interessi moratorji — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Ittra tal-Kummissjoni li tistieden lid-destinatarju biex iħallas multa, flimkien mal-interessi moratorji, imposti għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni — Att preparatorju għal atti ta’ pura eżekuzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 256 KE, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Artikolu 267 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 86(2)(b)) (ara l-punti 19, 20, 24-28, 35, 39)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Diċembru 2012 (Każ COMP/39.396 – reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjeżju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), li biha din tal-aħħar talbet lir-rikorrenti sabiex tħallasha l-bilanċ tal-multa imposta fuqha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, flimkien ma’ interessi moratorji, jew li tipprovdi, favuriha, garanzija bankarja li tkopri dan l-istess ammont.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

1. garantovaná a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.