Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB

(Kawża T-389/21) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Marġni ta’ evalwazzjoni tas-SRB – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Marġni ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni – Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger, M. Weber u D. Schoo, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. Kerlin, T. Wittenberg u D. Ceran, aġenti, assisiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, P. Gey u L. Hesse, avukati)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Permezz ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, sa fejn tikkonċernaha.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Landesbank Baden-Württemberg.

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, sa fejn tikkonċerna lil Landesbank Baden-Württemberg, għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tas-SRB li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni għall-perjodu ta’ kontribuzzjoni 2021.

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mil-Landesbank Baden-Württemberg.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 349, 30.8.2021.