Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-23 ta’ Novembru 2023 – Farmacija, d.o.o. vs Občina Benedikt

(Kawża C-715/23, Farmacija)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Farmacija, d.o.o.

Konvenut: Občina Benedikt

Parti oħra fil-kawża: MN

Domandi preliminari

Is-servizz li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-attività farmaċewtika, li essenzjalment għandu bħala skop il-provvista lill-utenti ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem suġġetti għal riċetta medika u ta’ dawk li ma humiex suġġetti għal riċetta medika, kif ukoll l-għoti ta’ pariri lill-utenti sabiex dawn il-prodotti mediċinali jintużaw b’mod korrett u mingħajr periklu, jista’ jiġi kklassifikat bħala “serviz[z] mhux ekonomi[ku] ta’ interess ġenerali” fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni? 1

Is-servizz li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-attività farmaċewtika, li essenzjalment għandu bħala skop il-provvista lill-utenti ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem suġġetti għal riċetta medika u ta’ dawk li ma humiex suġġetti għal riċetta medika, kif ukoll l-għoti ta’ pariri lill-utenti sabiex dawn il-prodotti mediċinali jintużaw b’mod korrett u mingħajr periklu, jista’ jiġi kklassifikat bħala servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra fis-sens tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2014/23?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.