Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2014 – Neka Novin vs Il-Kunsill

(Kawża T-436/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Neka Novin (Yusef Abad, l-Iran) (rappreżentant: L. Vidal, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill sabiex tinżamm is-sanzjoni imposta fuq ir-rikorrenti, kif imsemmi fl-avviż tal-15 ta’ Marzu 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-motiv mogħti għaż-żamma tal-miżuri restrittivi, imposti fuq ir-rikorrenti, ma huwiex biżżejjed.It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-konvenut ikkunsidra b’mod żbaljat li r-rikorrenti akkwistat tagħmir speċjalizzat li għandu applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ proporzjonalità u fuq id-dritt għall-proprjetà.