Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2014 – Tose’e Ta’avon Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-435/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Tose’e Ta’avon Bank (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill li tinżamm is-sanzjoni imposta fuq ir-rikorrent, kif imsemmi fl-avviż tal-15 ta’ Marzu 2014;

tiddikjara li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, ma huwiex applikabbli fil-konfront tiegħu;

tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, ma hijiex applikabbli fil-konfront tiegħu;

tordna li l-Kunsill jiġi kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn ir-raġuni li għaliha nżammu l-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent ma hijiex inkluża fost dawk li jawtorizzaw lill-konvenut jadotta miżuri restrittivi.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ fatt li jikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn ir-rikorrent ma huwiex iġġestit mill-Istat Iranjan u ma jipprovdix għajnuna finanzjarja lill-Gvern Iranjan.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għall-proprjetà.Il-ħames motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tar-Regolament Nru 267/2012  u tad-Deċiżjoni 2010/413  , li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata b’eżekuzzjoni tagħhom, sa fejn, minn naħa, huma ġew adottati bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 296 TFUE u bi ksur tal-Artikolu 215 TFUE u, min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet rilevanti, li abbażi tagħhom inżammu l-miżuri restrittivi imposti fuq ir-rikorrent, jiksru t-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________

____________

1 Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1). Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restritti