Language of document : ECLI:EU:T:2015:557





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2015 — Neka Novin vs Il-Kunsill

(Kawża T‑436/14)

“Rikors għal annullament — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali — Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 –Ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jinvolvi miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data tal-komunikazzjoni tal-att (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1)) (ara l-punti 15, 16)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Terminu għal raġuni ta’ distanza — Applikazzjoni għall-preżentata ta’ rikors kontra avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali li jikkonċerna l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ att li jinvolvi miżuri restrittivi kontra r-rikorrent (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2)) (ara l-punti 20, 22-24)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li żżomm l-elenkar ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u f’dik tal-Anness IX tar-Regolament (UE) tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), kif ikkomunikata b’avviż tal-15 ta’ Marzu 2014.

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.